Victor Gallo

My blogs

About me

Occupation Police Inspector
Location Sliema, Malta
Introduction Spettur fil-Korp tal-Pulizija u ilni Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji mill-2009. Ngħix Tas-Sliema fejn biex insib parkeġġ irrid ngħid il-posti kollha tar-rużarju f'ħin rekord, kelli diversi każijiet ibsin xi mmexmex sakemm xi ħadd darba fettillu jibda jikteb dwari f'kotba b'titli bil-Latin (għalkemm għadni ma rajtx sold minnhom dawn) u sar popolari minn fuq dahri. Xi darba kont miżżewweġ sakemm intbaħt li ż-żwieġ ma jgħoddx għalija u għandi bokka kbira bil-Ford Consul li bħalha fit-toroq hawn tgħoddhom fuq subgħajk. Il-kotba bil-każijiet tiegħi huma dawn: Prima Facie (2010) Volens (2013) Nex (2016) Alias (2021)
Interests Inpejjep ir-Royals, nixrob l-inbid u l-whisky, insegwi l-Fiorentina (mhux ta' spiss daqs kemm kont u kemm nixtieq) u nipprova ma nħallix lil min iġagħlni nidgħi.