Mario Galea
My blogs
| Introduction | Mario Galea twieled u trabba ż-Żejtun. Miżżewweġ lil Rose u għandhom żewġ ulied: Nathan u Nicole. Iggradwa mill-Università ta’ Malta fil-BSc Nursing (Hons). Ilu attiv għal bosta snin fil-Partit Nazzjonalista. Ikkontesta l-ewwel elezzjoni fl-1992 u ġie elett. Kien l-iżgħar membru parlamentari għan-naħa tal-Gvern f’dik il-leġislatura. Fl-1996 ma ġiex elett għall-ftit voti. Baqa’ jkun elett fl-elezzjonijiet kollha li ġew wara. Fl-1998 inħatar mill-Prim Ministru Edward Fenech Adami bħala Whip tal-Gvern. Fl-2008 inħatar mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità. Kien attiv ukoll f’ħafna ħidma barra minn Malta. Ġie mitlub mill-Commonwealth biex josserva elezzjonijiet f’diversi elezzjonijiet barranin. Ħafna jsegwu r-rubrika tiegħu Iċ-Ċirasa li tidher fil-ġurnal In-Nazzjon. |
|---|

